Jennifer Shen May se tkun qed tieħu post Sai Mizzi Liang bħala rappreżentant tal-Malta Enterprise f’Shanghai.
Shen May, ta’ nazzjonalità Ċiniża, hi accountant kwalifikata. Hi ilha taħdem f’Malta għal aktar minn 20 sena. Hi titkellem l-Ingliż, l-Mandarin u l-Cantonese. Ir-responsabiltà ewlenija tagħha se tkun dik li tattira nvestiment dirett miċ-Ċina.
Sai Mizzi Liang, il-Mara tal-Ministru Konrad Mizzi ilha għal dawn l-aħħar snin tieħu paga ta’ tlettax-il elf ewro fix-xahar u minkejja li kellha twarrab fi tmiem il-kuntratt tagħha fis-sajf li għadda, fl-aħħar ġimgħat kien żvelat fil-Media li kienet għadha tokkupa l-istess kariga.
//= $special ?>