Lokali

Jinġabru €1,000 b’risq ALS Malta mill-Arka ta’ Noe

ALS Malta bbenefikat minn donazzjoni ta’ €1,000 wara li fi tmiem il-ġimgħa saret Open Day fir-razzett privat L-Arka ta’ Noe, li jinsab fis-Siġġiewi.

Dan hekk kif kull min attenda ntalab iħallas miżata ta’ €5 għall-kbar u €2.50 għat-tfal, li lkoll marru b’risq din il-fondazzjoni mwaqqfa minn Bjorn Formosa bl-għan li jitqajjem għarfien u jiżdied l-istudju dwar il-kundizzjoni tal-ALS.