Godfrey Formosa, ta’ 38 sena min-Naxxar ammetta li xaħħam sabiex żewġ vetturi tiegħu jinħarġu ċertifikat tal-VRT mingħajr ma jiġu ttestjati.
Quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella, l-Ispettur Sergio Pisani fisser kif l-akkużat għamel kuntatt ma’ tester tal-VRT sabiex jinħariġlu ċertifikat mingħajr ma jsir it-test fuq il-vettura u fil-fatt hekk sar. Meta sar jaf bl-investigazzjoni tal-pulizija, Formosa ħa l-vettura għand mekkanik u din il-vettura m’għaddietx mit-test. Formosa hu kollezzjonist tal-vetturi u ammetta għal dawn l-irregolaritajiet fil-konfront ta’ żewġ vetturi u li xaħħam biex jinħarġu ċertifikati tal-VRT.
L-Ispettur kompla li barraminhekk inħareġ ordni ta’ stop licence fuq vettura iżda xorta waħda kienet fit-triq.
Il-Maġistrat Gabriella Vella iddiferiet il-każ għas-sentenza għal għada. Godfrey Formosa irrifjuta assistenza legali.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Sergio Pisani.
//= $special ?>