Lokali

L-Electrogas se tkun daħlet l-ispiża tal-Powerstation f’sitt snin

Il-Konsorzju tal-Powerstation il-ġdida, Electrogas se jkun qed jingħata għajnuna mill-istat ta’ 1.4 biljun ewro fuq medda ta’ 18-il sena. Din l-informazzjoni kienet ippublikata mill-Kummissjoni Ewropea.

The Times of Malta llum spjegat li l-gvern se jkun qed iħallas lill-electrogas is-somma ta’ €77.56 miljun fis-sena. Għalhekk dan kollu jfisser li l-electrogas se tkun ġabret l-ispiża li tkun għamlet fi żmien sitt snin.

L-għajnuna finanzjarja mill-Gvern se tingħadda permezz ta’ ftehim għax-xiri tal-elettriku u l-provvista tal-gass.

Dawn id-dettalji kienu parti mill-kuntratti li l-Gvern ċċensura u li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li l-kuntratti ppublikati ma jiswew xejn minħabba li l-Gvern qatgħa l-iktar partijiet importanti minnhom. Fil-Parlament Simon Busuttil qal li ma jagħmilx sens li l-Gvern intrabat għal 18-il sena li jixtri l-elettriku mingħand l-Electrogas bil-għoli.