Mal-erba’ miljun persuna fil-kapitali taċ-Ċili, Santiago, jinsabu bla provista tal-ilma. Dan wara li x-xmara Maipo, li sservi ta’ sors tal-ilma tax-xorb, spiċċa mniġġeż wara l-għargħar kbar u valangi li kien hemm.
Minħabba f’hekk, l-iskejjel nhar it-Tnejn ma fetħux u l-uffiċini tal-Gvern inżammu magħluqa. Intqal li sakemm l-ilma tax-xmara, ma jitnaddafx u t-temp ikun jippermetti, il-provista tal-ilma se tibqa’ magħluqa.
Dan il-maltemp wassal għall-mewt ta’ tliet persuni filwaqt li hemm 19 li għadhom nieqsa hekk kif faru diversi xmajjar li kkawżaw għargħar.
Miljuni bla ilma fiċ-Ċili
