Persuna jew persuni mhux magħrufa matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet irnexxielhom jidħlu kemm fil-librerija kif ukoll il-canteen tal-Università ta’ Malta minn fejn insterqu laptop kif ukoll flus kontanti.
Mhux magħruf eżatt meta seħħet din is-serqa, hekk kif fi tmiem il-ġimgħa l-librerija u l-canteen ikunu magħluqa. Madankollu r-rapport wasal għand il-Pulizija kmieni llum, meta xi persuni daħlu lura għax-xogħol.
Hu maħsub li l-persuni daħlu mit-twieqi, bil-ħaddiema tal-canteen jirrappurtaw li sabu wkoll żgass tal-cash register.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>