Lokali

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi

Sewwieq ta' mutur sofra minn ġrieħi ta' natura gravi wara li dalgħodu kien involut f'inċident tat-traffiku

Sewwieq ta’ mutur sofra minn ġrieħi ta’ natura gravi wara li dalgħodu kien involut f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta u nofsfi Triq Dun Gejtanu Mannarino, Birkirkara.

Il-Pulizija mid-Distrett ta’ Birkirkara marru minnufih fil-post fejn, irriżulta li kien seħħ impatt bejn mutur tat-tip Kymco Agility li kien misjuq minn Bulgaru ta’ 51 sena residenti Tas-Sliema u vettura tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 49 sena residenti l-Ħamrun.

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.