Lokali

AĠĠORNATA: Żagħżugħ ta’ 25 sena jittajjar f’San Ġiljan

Ritratt mill-arkivji
L-inċident seħħ fit-triq ta' mal-baħar li twassal lejn Spinola

Għall-ħabta tat-3:15pm ittajjret persuna f’San Ġiljan. Mill-informazzjoni li kiseb dan is-sit jidher li r-raġel ittajjar fi Triq Borg Olivier.

Sa issa l-Pulizija għad m’għandiex dettalji dwar il-kundizzjoni tal-persuna milquta, li huwa żagħżugħ minn Ħaż-Żebbuġ.

Fil-post kien rappurtat illi inġabar ammont kbir tat-traffiku minħabba li waħda mill-karreġġati kellha tingħalaq għal xi ħin.

Iż-żagħżugħ ittajjar minn mara mir-Repubblika Ċeka li kienet qed issuq karozza Citroen C1. Il-mara toqgħod il-Gżira.

Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej.