Lokali

Accountant ordnat iħallas lura aktar minn €300,000 lill-kumpanija Megaline Ltd

Sandro Grima nstab ħati li uża flus il-kumpanija għall-gwadann personali tiegħu. Akkużat wkoll li ffalsifika xi firem

Accountant ingħata sentenza ta’ 3 snin probation filwaqt li ġie ordnat irodd lura €368,621 lill-kumpanija Megaline Ltd. L-accountant hu Sandro Grima ta’ 45 sena.

Fil-Qorti ippreseduta mill-Maġistrat Antonio Micallef Trigona, ħareġ li bejn Awwissu tal-2007 u Awwissu tal-2010 uża flus tal-kumpanija għall-gwadann personali tiegħu. Sandro Grima ġie akkużat li ħareġ pagamenti f’isem kredituri li ma jeżistux bl-iskop li l-flus iżommhom hu. Kien akkużat wkoll li ffalsifika xi firem u li kien riċediv.

Il-Maġistrat Micallef Trigona fis-sentenza li ta qal li l-Qorti kkunsidrat li Grima Ammetta u li wiegħed li jagħti l-flus lura lill-kumpanja.