Kurżitajiet Lokali

FILMAT: Għeluq sninu jiġi darba kull erba’ snin

Mark twieled fis-29 ta' Frar, jiġifieri jiċċelebra għeluq sninu fil-ġurnata meta twieled darba f'erba' snin biss.

Ħafna nies ikunu fuq ix-xwiek għall-ġurnata ta’ għeluq sninhom. Hemm min ikun qed jistenna xi rigal sabiħ jew xi kejk tajjeb. Oħrajn ikunu iffortunati biżżejjed biex sħabhom jew il-familja tagħhom torganizzalhom xi festin. Din tkun iktar faċli f’każ li jkollok data fissa… imma għal Mark Dalli mhux l-istess.

Mark twieled fis-29 ta’ Frar, jiġifieri jiċċelebra għeluq sninu fil-ġurnata meta twieled darba f’erba’ snin biss. Netnews.com.mt tkellem ma’ Mark u staqsejnieh ftit mistoqsijiet.