Formula 1 Sport

Hamilton l-aktar veloċi fit-tieni ġurnata ta’ testijiet

Hamilton jippoża waqt it-tnedija tal-karozza l-ġdida tal-Mercedes (Ritratt: EPA)

It-tliet darbiet Champion Lewis Hamilton kien l-aktar veloċi hekk kif il-Mercedes reġgħu jinsabu fuq quddiem fit-testijiet ta’ qabel l-istaġun, b’sewwieqa oħra qed isibuha diffiċli. Wara li t-tim għamel 152 dawra mingħajr problemi fl-ewwel ġurnata, Hamilton irritorna għal sessjoni aktar kiesħa u għamel 66 dawra fiċ-ċirkwit Spanjol.

Iċ-Champion tad-dinja tal-2007 Kimi Raikkonen, kien it-tieni l-aktar veloċi, iżda kien 1.848 sekonda tard b’total ta’ 47 dawra. L-aqwa dawra ta’ Hamilton kienet ta’ minuta 20.983. L-aktar ħin veloċi s-sena l-oħra, kien ta’ minuta 22.765 sekonda, hu dan hu xhieda kemm il-karozzi l-ġodda huma aktar veloċi bit-tyres li huma akbar filwaqt li kien hemm bidliet fl-aerodynamics.

Iż-żagħżugħ Olandiż tar-Red Bull Max Verstappen, għamel 31 dawra mar-Red Bull, iżda l-Belġjan Stoffel Vandoorne waqaf wara d-29 ġurnata fil-karozza McLaren, b’Honda jgħidu li kien hemm problema fil-power unit.

Sieħbu tal-McLaren Fernando Alonso naqas li jagħmel dawra bil-ħin ilbieraħ filgħodu wara problema fis-sistema taż-żejt filwaqt li Daniel Ricciardo tar-Red Bull kellu l-problemi wkoll.