Lokali

Hold-up f’ħanut f’Tas-Sliema

Illejla għall-ħabta tal-17:15, il-Pulizija kienet infurmata li kien għadu kemm seħħ hold-up f’ ħanut fi Triq Tigne`, f’ta’ Tas-Sliema.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li raġel liebes hoodie u nuċċali tax-xemx daħal fil-ħanut, armat b’arma li taqta’ u bil-ponta u talab lill-impjegata ta’ 58 sena sabiex ittih il-flus.

Il-ħalliel irnexxielu jaħrab minn fuq il-post b’ammot ta’ flus kontanti.

Ħadd ma’ weġġa’ waqt dan il-hold-up.

Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat tal-Għassa, Antonio Micallef Trigona LL.D li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti biex jassistuh.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.