Futbol Sport

Jerome Valcke jappella biex titnaqqas is-sospensjoni tiegħu

Jerome Valcke kien Segretarju Ġenerali tal-FIFA

Il-persuna li kien viċin ħafna tal-eks President tal-FIFA Sepp Blatter appella kontra s-sospensjoni ta’ għaxar snin mill-futbol. Jerome Valcke, li kien is-Segretarju Ġenerali tal-FIFA, kien sospiż is-sena l-oħra wara li allegatament kien involut fi skema tal-profitt mill-bejgħ tal-biljetti għat-Tazza tad-Dinja.

Il-Franċiż li llum għandu 56 sena, talab lill-Qorti tal-Arbitraġġ Sportiv biex idawwar id-deċiżjoni. Valcke dejjem tenna li ma għamel xejn ħażin. Hu oriġinarjament kien sospiż 12-il sena mill-FIFA u mmultat 100,000 Frank Żvizzeru, minkejja li s-sospensjoni tiegħu kienet tnaqqset aktar tard.