Jerome Lefebre illum qed jiġri 110km f’10 sigħat madwar il-kosta ta’ Malta b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation. Hu qed jagħmel din l-isfida f’għeluq it-33 sena tiegħu.
Jerome beda jiġri fit-8a.m. minn Tigne f’Tas-Sliema u kompla bir-rotta lejn il-Qawra, Mellieħa, Għajn Tuffieħa, Ġnejna, Mġarr, Ħad-Dingli, Għar Lapsi, Iż-Żurrieq, B’Bugia, M’Xlokk, Marsaskala, Smart City u jispiċċa fis-6p.m. f’The Point tas-Sliema.
Miegħu hu għandu crew mil-Lussemburgu li qed isegwi mill-qrib din l-isfida, kif ukoll qed isegwih Antoine Attard tul ir-rotta permezz ta’ mutur.
Net News se jkompli jsegwi din l-isfida ta’ Jerome.
//= $special ?>