Il-Pulizija mit-Taqsima tal-Investigazzjonijiet Kriminali bl-għajnuna tal-Forensika kmieni dalgħodu ssuktaw bl-investigazzjonijiet intensivi li għaddejin dwar il-każ ta’ omiċidju li seħħ ilbieraħ. Fl-aħħar sigħat fil-fatt komplew joħorġu aktar dettalji dwar il-vittma, David Abela ta’ 51 sena, illi nqatel b’daqqiet ta’ sikkina f’diversi partijiet ta’ ġismu.
Il-katavru ta’ Abela instab mis-sieħba tiegħu, Irina Alexandrovna Micallef, imgeżwer f’liżar u f’għadira demm. Idejh u saqajh kienu marbutin b’duct tape.
Nies illi fl-aħħar sigħat għamlu kuntatt ma’ dan is-sit qalulna li r-relazzjoni bejn Abela u s-sieħba Russa kienet marret lura. Tant illi fl-aħħar ġimgħat hu anke għamel rapport fl-għassa ta’ San Ġiljan.
F’dan l-istadju l-Pulizija mhi teskludi l-ebda teżi.
David Abela huwa missier ta’ erbat itfal.
//= $special ?>