Lokali Parlament

Jirrifjuta li jwieġeb dwar l-attitudni taċ-Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir

Iċ-Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir, Tanya Borg Cardona

Il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici llejla ħarab milli jwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Clyde Pulì dwar l-ittra li l-ħaddiema tal-Awtorità tax-Xandir kitbu lill-Prim Ministru Joseph Muscat dwar l-atteġġjament taċ-Chairperson tal-istess Awtorità, Tanya Borg Cardona.

Fil-parlament Clyde Pulì staqsa x’passi se jieħu l-ministeru responsabbli quddiem din l-ittra li fiha l-ħaddiema tal-Awtorità tax-Xandir appellaw biex ikun hemm soluzzjoni dwar l-atteġġjament ta’ bullying li qed isir fil-konfront tagħhom miċ-Chairperson tal-istess Atworità.

Il-ħaddiema sostnew li l-atteġġjament ta’ Tanya Borg Cardona qed ikun wieħed ostili lejhom u qed joħloq tensjoni fuq il-post tax-xogħol.

Dwar dan l-atteġġjament tkellmet ukoll il-UĦM li qalet li latteġġjament ta’ Borg Cardona qed ikun wieħed ta’ intimidazzjoni. Il-UĦM qalet li l-ħaddiema qed iħossuhom frustrati minħabba l-attitudni negattiva taċ-Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir Tanya Borg Cardona.