Internazzjonali

Jużaw il-veto għal sanzjonijiet fuq is-Sirja

Ir-Russja u ċ-Ċina, ftit tal-ħin ilu, użaw il-veto fil-konfront ta’ riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti biex ikunu imposti s-sanzjonijiet fuq is-Sirja b’konnessjoni mal-allegat użu ta’ armi kimiċi min-naħa tal-Gvern Sirjan.

Din hi s-seba’ darba li r-Russja użat il-veto għal riżoluzzjoni tal-Kunill tas-Sigurtà tan-NU bl-iskop li tipproteġi l-amministrazzjoni tal-President Sirjan, Bashar al-Assad, li hu alleat ta’ Moska.

Iċ-Ċina wkoll użat il-veto fil-konfront ta’ sitt riżoluzzjonijiet (mill-Kunsill) dwar is-Sirja mindu bdiet il-gwerra ċivili f’dak il-pajjiż Għarbi, fl-2011.

Is-Sirja kienet qablet li teqred l-armi kimiċi fl-2013, taħt ftehim innegozjat bejn ir-Russja u l-Istati Uniti