Internazzjonali

Midruba minn sniper waqt diskors ta’ Hollande

Sniper tal-pulizija stazzjonat f’belt ta’ Franza fejn kien qed jagħmel diskors il-President Franċiż, Francois Hollande, spiċċa jispara u jferi bi żball lil żewġ persuni.

Dak il-ħin, Hollande kien qed jinawgura sezzjoni ġdida tas-sistema tal-ferrovija fil-belt ta’ Villognon, b’rapporti, aktar tard, jgħidu li  l-inċident kien  dovut għall-fatt ‘li ma kienx f’postu s-safety catch ‘ fuq l-azzarin tal-pulizija li kien qiegħed fuq il-bejt ta’ bini.

Fl-isparatura weġġgħu ħafif waiter u ħaddiem li kien preżenti għall-avveniment, iżda filwaqt li l-inċident interrompa d-diskors tal-President ma jidhirx li kien hemm xi stat ta’ paniku partikulari. Intant, fil-preżent għaddejja inkjesta ġudizzjarja dwar x’wassal ‘eżatt’ għall-isparatura.