Għall-ħabta tas-7:15pm il-Pulizija sabet il-karozza BMW ta’ David Abela, in-negozjant li nstab maqtul ilbieraħ fis-Swieqi.
Kien dan is-sit illi b’mod esklussiv matul il-jum żvela li l-Pulizija qed tfittex din il-karozza, li hija waħda mill-vetturi li kellu l-vittma. Il-BMW instabet f’Pembroke f’zona qrib il-baħar, fejn hemm ir-Reverse Osmosis.
Skont l-aħħar informazzjoni li ksibna, is-sieħba tal-vittma kienet imsiefra u waslet Malta minn Dubaj ilbieraħ stess. Mill-ajruport, hija marret Bugibba b’taxi. U ftit wara, niżlet is-Swieqi ma’ kumpanija ta’ cab services.
Is-sorsi tagħna qrib l-investigaturi qalulna illi waqt dawn it-traġitti li għamlet Irina Alexandrovna Micallef saru numru ta’ telefonati, li l-kontenut tagħhom jista’ jkun kruċjali biex tissolva din il-kobba imħabbla. Ir-Russa qed tgħid li hi sabet il-katavru eżatt malli waslet id-dar minn Buġibba.
Apparti li ġew interrogati ix-xufiera tat-taxis, il-Pulizija dalgħodu reġgħu sejħu għat-tifel il-kbir ta’ David Abela.
//= $special ?>