Lokali

RITRATTI: Fi tmiem il-festi tal-Karnival; il-Grand Defilé fil-Floriana

Il-kuluri, il-brijju u l-ferħ tal-karnival ġie fi tmiemu wara erbat ijiem ta’ attivitajiet fil-Belt Valletta u f’irħula oħra madwar Malta u Għawdex.

Filgħodu saret sfilata u żfin fi Pjazza Teatru Rjal. U minkejja t-temp xejn sabiħ li ħakem il-gżejjer Maltin fl-aħħar jumejn, il-Karnival kompla xorta waħda kif prevvist. Bl-għeluq, isir kif inhi t-tradizzjoni, fi Triq Sant’Anna l-Floriana.

Ma setax jonqos li matul l-erbat ijiem tal-karnival isiru kompetizzjonijiet ta’ żfin, sfilati ta’ baned u karrijiet u wirjiet oħra. Sar il-karnival tat-tfal – u bħal kull sena, f’Għawdex sar il-karnival spontanju tan-Nadur, fejn spikkat is-satira politika – b’Chris Cardona, l-Acapulco, il-panama u l-pastizzi ikunu fost l-aktar popolari.

H

ekk kif il-brijju tal-karnival jintemm, jibda l-perjodu tar-Randan, li wara erbgħin jum iwassal għall-Għid il-Kbir – l-akbar festa fil-kalendarju tal-Knisja.

Ritratti ta’ Martin Agius.