Formula 1 Sport

Sochi se tibqa’ fil-kalendarju tal-Formula 1 sal-2025

Ritratt minn edizzjoni passata tal-Grand Prix tar-Russja

L-organizzaturi tal-Grand Prix tar-Russja f’Sochi, iffirmaw ftehim ġdid li se jħalli din it-tiġrija fil-kalendarju tal-Formula 1 sal-2025. Id-diskussjonijiet biex iġeddu l-kuntratt eżistenti li kien jintemm fl-2020, bdew is-sena l-oħra ma’ Bernie Ecclestone waqt it-tiġrija tar-Russja.

Id-deċiżjoni tar-Russja li jkun hemm ftehim ġdid wasal wara l-bidla fit-tmexxija tal-Formula 1, b’Liberty Media jieħdu l-kontroll, kif ukoll wara li assiguraw li VTB Group se jkunu wieħed mill-isponsors il-kbar fit-tul. B’hekk il-ftehim, ifisser li l-pagamenti mhux se jibqgħu jsiru mill-gvern Russu.

Il-promotur Russu Sergey Vorobyov ikkonferma li Sochi qed jaraw il-possibbiltà li jagħmlu t-tiġrija tagħhom filgħaxija, iżda sostna li dan ikun possibbli jekk l-infrastruttura tkun provduta mill-kumpaniji Russi.