NETnews.com.mt jista’ jikkonferma illi s’issa ma ġew arrestati l-ebda persuni b’rabta mad-delitt ta’ David Abela li nstab mejjet fid-dar tiegħu fis-Swieqi.
Il-katavru ta’ Abela instab mis-sieħba tiegħu, Irina Alexandrovna Micallef, imgeżwer f’liżar u f’għadira demm. Idejh u saqajh kienu marbutin b’duct tape.

Nies illi fl-aħħar sigħat għamlu kuntatt ma’ dan is-sit qalulna li r-relazzjoni bejn Abela u s-sieħba Russa kienet marret lura. Tant illi fl-aħħar ġimgħat hu anke għamel rapport fl-għassa ta’ San Ġiljan.
F’dan l-istadju l-Pulizija mhi teskludi l-ebda teżi.
David Abela huwa missier ta’ erbat itfal.
