Lokali

AĠĠORNATA: Jeħilsuha ħafif wara inċident fi Triq tal-Barrani

Żewġ sewwieqa ħelsuha ħafif wara inċident li seta’ kellu konsegwenzi ferm agħar f’salib it-toroq ta’ Triq Tal-Barrani.

Jirriżulta li għall-ħabta tal-11.10 seħħ impatt bejn vettura tat-tip Daihatsu Cuore misjuqa minn anzjan ta’ 84 sena mill-Gudja li kien qed jaqsam propju lejn din d-direzzjoni u vann tat-tip Citroen Berlingo misjuq minn raġel ta’ 38 sena miż-Żejtun li kien qed isuq lejn Raħal Ġdid.

Il-vann intlaqat fil-ġenb tiegħu bil-konsegwenza li ġarrab ħsarat estensivi. Kien hawn li x-xufier tilef il-kontroll tal-vettura, tela’ fuq is-central strip, qaċċat tabell u wara metri bogħod mill-post tal-impatt.

F’din it-triq traffikuża nħolqot konfużjoni tat-traffiku, hekk kif iż-żewġ vetturi kienu qed jimblukkaw il-karreġġjata prinċipali.

Għalhekk fil-post waslet preżenza qawwija tal-Pulizija li ddiriġew it-traffiku qabel iċċaqalqu l-karozzi mill-post. Fortunatament l-ebda miż-żewġ sewwieqa ma ġarrbu ġrieħi.