Internazzjonali

Fillon se jkun investigat

Francois Fillon

Hekk kif Imħallef ħabbar li l-kandidat Presidenzjali taċ-ċentru-lemin, Francois Fillon, se jitpoġġa uffiċjalment taħt investigazzjoni, hu insista li ma kienx se jirtira mill-kampanja elettorali.

Fillon ilu l-ġimgħat jiġġieled allegazzjonijiet li martu tħallset minn fondi pubbliċi għal xogħol li ma għamlitx. Issa hu ssejjaħ biex jidher quddiem Imħallef fil-15 ta’ Marzu. Id-data hi biss jumejn qabel ma jiskadi ż-żmien biex il-kandidati jissottomettu l-applikazzjoni finali għall-elezzjoni Presidenzjali.

L-ewwel fażi tal-votazzjoni se ssir fit-23 ta’ April, u mbagħad, jekk ħadd ma jikseb il-maġġoranza tal-voti, issir it-tieni u l-aħħar fażi bejn iż-żewġ kandidati li jkunu ġabu l-akbar ammont ta’ voti, fis-7 ta’ Mejju.

Skont rapport fil-ġurnal Le Canard Enchaine, mart Fillon tħallset €831,400 tul sensiela ta’ snin talli ħadmet bħala Segretarju Parlamentari.

Imma rriżulta li ħadd qatt ma raha tagħmel xogħol għalih, apparti li lanqas pass parlamentari ma kellha.