Lokali

FILMAT: Raġel jhedded grupp ta’ nies b’ġebla għax kienu biż-żwiemel fil-kampanja

Is-Sibt li għadda grupp ta’ persuni li kienu qed iduru biż-żwiemel fil-kampanja fiż-żona ta’ Fomm ir-Riħ sabu raġel li waqqafhom u riedhom iduru lura.

Kif jidher f’dan il-filmat, wara xi ħin jinsisti li jitilqu miż-żona, viżibilment agressiv, ir-raġel mar jaqbad ġebla u beda jheddidhom biha. Dan wassal biex kif jidher fil-filmat, iż-żwiemel ukoll bdew jirreaġixxu u dan seta’ jwassal biex iż-żwiemel jisfrattaw.

Dakinhar stess il-persuni konċernati rrapurtaw lil dan ir-raġel l-għassa tal-Mosta.