Lokali Parlament

Il-proposti tal-Awtorità tal-Ippjanar għal Ħal Mula ma jsolvu xejn

Il-Parlament - Mill-Arkivji

Oġġezzjonijiet qawwija għall-proposti tal-Awtorità tal-Ippjanar għal Triq Għarram

Il-proposti li l-Awtorità tal-Ippjanar dwar il-pjan lokali għal Ħal Mula u ż-żona ta’ Triq Għarram sabu oġġezzjonijiet kbar kemm mir-residenti kif ukoll mill-operaturi kummerċjali li joperaw minn din iż-żona.

Il-proposti kienu diskussi waqt laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ippjanar u l-Iżvilupp li fih ipparteċipaw diversi resdienti u operaturi taż-żona.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar Johann Buttigieg qal li kien hemm oġġettiv dwar il-pjan lokali ta’ Ħal Mula u issa qed tibda l-konsultazzjoni pubblika l-proposti tal-Awtorita dwar l-oġġettiiv tal-gvern u biex jinstab bilanċ bjen dak li qed iseħħ fil-post u l-mod kif ikun żviluppat il-post.

Joe Scalpello, uffiċjal tal-Awtorità tal-Ippjanar, qal li l-Awtorità irċeviet żewġ direzzjonijiet biex tistabilixxi l-kriterji li se jintużaw meta tidħol applikazzjoni għall-iżvilupp fiż-żona.

Fiż-żona hemm taħlita ta’ żoni residenzjali, kummerċjali kif ukoll industrijali. B’kollox daħlu 19-il sottomissjoni; nofs mingħand ir-residenti u nofs mingħand nies li joperaw miż-żona. Il-problemi li hemm huma t-taħlita ta’ użu konfliġġenti. Jirriżulta li fis-sebgħinijiet kienu jingħataw permessi biex jinfetħu negozji tal-familji iżda kien hemm każi fejn din ir-rabta spiċċat. Mhemmx ukoll struttura amministrattiva li tieħu ħsieb iż-żona bil-konswgewenza li mhemmx ambjent ta’ kwalità. Problema kbira oħra hi t-traffiku u l-parkeġġ.

Issa ż-żona ġiet maqsuma fi tliet żoni prinċipali; żona industrijali, żona kummerċjali u żona residenzjali. Iż-żona residenzjali se tkun ikkunsidrata bħal Ħaż-Żebbuġ fejn l-aspett kummerċjali se tkun permessibbli biss fil-kuntest ta’ attività li jkun hemm fil-komunitajiet. L-intenzjoni mhix li jiżdied l-għoli tal-bini fiż-żona. Il-proposta għal Triq Dun Bartilmew Attard hi li l-industrija tonqos miż-żona u li ma jiżdidux il-problemi tal-parkeġġ.

 

Id-Deputat Laburista Godfrey Farrugia qal li ż-żona trattata hi dik ta’ Għarram u mhux Ħal Mula u sostna li din hi r-raba’ bidla fl-aħħar 40 sena biex ikunu kkoreġuti xi żbalji li saru fil-bidla tal-2008. Hu tkellem mill-aspett ambjentali u ekonomiku u appella biex ma tiżdiedx il-ħsara.

Id-Deputat Laburista Charles Buhagiar qal li fiż-żona hemm problemi li ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità tal-Ippjanar għaliex hemm probemi tal-iskrat, tat-traffiku u tal-operat. Is-soluzzjonijiet jinstabu lil hinn mill-ippjanar.

Ryan Callus qal li l-proposta tal-Oppożizzjoni hi tkompli d-diskussjoni iżad s-sottomissjonijiet fil-konusltazzjoni jintbgħatu lill-parlament biex il-kumitat parlamenti jieħu pożizzjoni iktar tard. Id-deċiżjonijiet m’għandhomx jittieħdu malajr.

Id-deputat Marlene Farrugia qalet li l-kunsiderazzjonijiet iridu jkunu ġusti kemm għan-negozjanti Maltin żgħar li hemm fiż-żona u kemm għar-residenti li jridu jgħixu hemm bilfors. Hi appellat biex l-industriji li jridu jkabbru jingħataw spazju bla ma jikkaġunaw ħsara lir-residenti.

Is-Segretarju Parlamentari Deborah Schemebri qalet li l-proposti mhumiex li jkun hemm ċaqliq ta’ industrija jew permessi.
Sid ta’ garaxx espriema diżappunt li fejn hemm illum hemm garaxxijiet issa se ssir parti residenzjali meta qabel kien hemm għelieqi.

Residenti ta’ Triq Loret Cutajar qalu li hemm problema ta’ ammonti kbar ta’ karrozzi li jitħallew mill-garaxxijiet. Dan filwaqt li hemm problemi għall-ambulanzi u l-pulizija mhux jikkontrollaw is-sitwazzjoni. Diversi residenti ta’ Triq Dun Bartolomew Attard oġġezzjonaw li jingħataw iktar permessi għal sprayers taħt residenzi minħabba li dawn jikkaġunaw danni għall-bniedem u periklu.

Ir-residenti appellaw għal iktar kooperzzjoni min-negozji.
Problemi oħra msemmija kienu li l-ispray tal-garaxxijiet qed jispiċċa jidħol fid-djar, hemm nuqqas ta’ spezzjonijiet fuq il-makkinarju eżistenti u hemm nuqqas ta’ kontroll fuq il-ħinijiet tan-negozji.

Resident semma każi ta’ konflitt ta’ interess minnd eputta fuq il-Kumitat Parlamentari, semma ħruq ta’ bieb ta’ resident, semma problemi li se jibqgħu kollha eżistenti, semma operazzjonijiet illegali ta’ sprayers, semma nuqqas ta’ infurzar mill-pulizija u semma problemi kbar ta’ tniġġiż.

Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal li jekk xi deputat fil-Kumitat li għandu kunflitt ta’ interess, għandu jirreġistrah u ma jipparteċipax fid-diskussjoni.

Id-deputat Laburista Charles Buhagiar qal li għandu dritt jipparteċipa għax hu mil-lokal iżda mhux se jieħu sehem fil-vot.
Sidien ta’ garaxxijiet qalu li huma xtraw il-propjetà f’żona kummerċjali u għalhekk dan it-tibdil se jkun inġust magħhom għaliex mhux sew li ftit wara li jdoqqu s-7 pm jinġiebu l-pulizija bil-konsegwenza li huma lanqas jistgħu jagħmlu xogħol fl-uffiċċji tagħhom.

Is-sidien sostnew li l-problemi mhux se jissolvew bil-bidliet u appellaw biex id-dixxiplina tkun raġunata u ma kulħadd. Huma qalu li l-proposti tal-pjan lokali mhux se jsolvu l-problemi.

L-ex deputat Nazzjonalista Michael Bonnici qal li ż-żona minn dejjem kienet indikata bħala waħda kummerċjali u sostna li l-problemi ta’ saħħa huma kemm għar-residenti kif ukoll għall-operaturi. Hu appella biex jinstabu soluzzjonijiet għall-parkeġġ, għall-immaniġġjar tat-traffiku u biex ma jsirux xogħlijiet wara s-7 pm.