Futbol Sport

Jagħlaq is-suq tat-trasferimenti fiċ-Ċina

Oscar kien wieħed mill-plejers li mar jilgħab iċ-Ċina

Il-klabbs Ċiniżi nefqu total ta’ €388 miljun waqt is-suq tat-trasferimenti tax-xitwa, biex b’hekk nefqu aktar mill-Premier League Ingliz. Is-suq għalaq it-Tlieta, bis-16-il tim Ċiniż jaqbżu b’aktar minn €117-il miljun lit-timijiet Ingliżi.

It-trasferiment ta’ Oscar ma’ Shanghai SIPG għal 60 miljun sterlina u t-trasferiment ta’ madwar €47 miljun ta’ Carlos Tevez ma’ Shanghai Shenhua waslu ġranet qabel ma kien hemm restrizzjonijiet fuq dak li l-klabbs jonfqu.

Il-limiti dwar in-numru ta’ plejers barranin se jibdew mill-istaġun li ġej. Waqt logħba meta l-istaġun jibda f’Marzu, jista’ jkun hemm biss tliet plejers mhux Ċiniżi, mossa li l-assoċjazzjoni tal-futbol tal-pajjiż, għandha l-għan li tissielet kontra l-infiq żejjed. Iżda dak li nefqu bejn l-1 ta’ Jannar u t-28 ta’ Frar kien rekord hekk kif qabżu dak li nefqu s-sena l-oħra b’madwar €42 miljun.

L-attenzjoni ta’ din is-sena fuq is-suq tat-trasferimenti Ċiniż wasal wara li l-Brażiljan ta’ 25 sena Oscar għażel li jħalli lil Chelsea biex jingħaqad mal-eks manager tiegħu Andre Villas-Boas. Dan it-trasferiment spiċċa biex kien l-aktar wieħed li sewa flus, iżda f’moviment ieħor, Odion Ighalo ingħaqad ma’ Changchun Yatai għal sommma ta’ madwar €23.5 miljun.

Il-midfielder Belġjan Axel Witsel li kien viċin ħafna Juventus, telaq lil Zenit St. Petersburg u ngħaqad ma’ Tianjin Quanjian fejn mistenni li jkollu salarju ta’ kważi 18-il miljun fis-sena.

Is-suq fiċ-Ċina jdum 28 ġurnata aktar minn dak ta’ ħafna pajjiżi Ewropej. It-total li ċ-Ċiniżi nefqu kien 16-il darba aktar minn dak li ntefaq f’La Liga fi Spanja u aktar minn dak li ntefaq fi Spanja, l-Italja, il-Ġermanja u Franza flimkien.