Lokali

L-ebda dettalji dwar il-funeral ta’ David Abela; l-ebda arresti mill-Pulizija

David Abela flimkien mas-sieħba tiegħu Irina
Ir-Russa tbiddel il-profil tagħha fuq Facebook

Jidher li l-każ tal-omiċidju ta’ David Abela qed ikun kunsidrat bħala kobba mħabbla għall-Pulizija, hekk kif il-katavru tal-vittma għadu ma ġiex rilaxxat sabiex ikun jista’ jsir il-funeral.

Dan is-sit jista’ jikkonferma li għalissa mhu se jitressaq ħadd il-Qorti b’rabta ma dan il-każ sensittiv. Dan għaliex għad ma hemmx provi konkreti li jistgħu jippuntaw lejn teżi b’saħħitha.

Kienet is-sieħba tal-vittma, Irina Alexandrevna Micallef illi t-Tnejn sabet lil Abela mejjet fil-kamra tas-sodda f’għadira demm, b’idejh u saqajh marbutin.

Mal-Pulizija, ir-Russa qalet li nhar it-Tnejn kienet għadha kif tasal Malta b’titjira minn Dubaj. Iżda minn riċerka ulterjuri irriżulta li hi marret ir-Russja sabiex iżżur lin-nanna tagħha u lil xi qraba.

Dalgħodu s-sieħba tal-vittma biddlet il-profil tagħha fuq Facebook (ritratt fuq) u poġġiet ritratt ta’ xemgħa fuq sfond skur.

Il-paġna ta’ Facebook tas-sieħba ta’ David Abela