Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi wara ħabta

Raġel ta’ 53 sena residenti l-Fgura sofra ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur fi Triq il-Kampanella, il-Fgura.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.10pm meta għal xi raġuni seħħ impatt bejn il-mutur tat-tip yamaha DT125 misjuq mir-raġel, u vettura Mazda 3 misjuqa minn mara ta’ 51 sena residenti Santa Luċija.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.