The Victoria Hotel f’Tas-Sliema fl-aħħar sentejn investiet madwar 2.5 miljun ewro f’titjib u mmodernizzar tal-lukanda – dan kollu sabiex tibqa’ tkun fost l-aqwa lukandi f’pajjiżna. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ġie msitieden mill-Grupp AX Holdings biex iżur dan il-proġett ta’ tisbieħ.
Id-diriġenti ta’ The Victoria Hotel laqgħu lil Simon Busuttil, u dawruh madwar il-lukanda fejn żar bosta mis-siti li fihom sar ir-ristrutturar u tisbieħ, fejn ukoll kellu l-opportunita’ li jiltaqgħa mal-ħaddiema waqt li kienu fuq xogħolhom.
Waqt iż-żjara tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, hu żar is-sala tal-ikel fejn jiġu servuti l-ospiti tal-lukanda u li ġiet immodernizzata, il-bar, il-kċejjen tal-lukanda li ġew attrezzati b’tagħmir aktar modern, u anke kmamar tal-lukandi li ġew ridekorati u aktar attrajenti.
Net News tkellem mal-Manager Kevin Callus, fejn spjega l-attrezzar li sar u kif ukoll għaliex sar dan l-immodernizzar tal-lukanda. Kevin Callus stqarr li l-immodernizzar fil-kmamar kollha tal-lukanda u anke fil-kuruturi. Hu stqarr li l-investiment multi-miljunarju sar biex iżomm lil din il-lukanda stabbilita’ f’pajjiżna fost l-aqwa li hemm fis-settur tat-turiżmu.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista waqt din iż-żjara f’The Victoria Hotel kien akkumpanjat mid-Deputati Robert Arrigo u Antoine Borg, flimkien mal-kandidati Evelyn Vella Brincat u Mary Grace Vella.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil stqarr li s-settur tat-turiżmu hu settur mill-aktar importanti għall-pajjiżna, u dawn l-investimenti fil-lukandi jkomplu jpoġġu lil pajjiżna fost l-aqwa fis-settur tal-ospitalita’.
//= $special ?>