Futbol Sport

Sospiżi disa’ plejers tal-Premier

Ryan Fenech ta’ Balzan ġie sospiż logħba

Wara l-partiti ta’ tmiem il-ġimgħa ġew sospiżi disa’ plejers tal-Kampjonat BOV Premier. Ryan Fenech (Balzan), Ryan Scicluna (Birkirkara), Moises Avila Perez (Gzira), Owen Bugeja and Brooke Farrugia (Pembroke), Denni Rocha dos Santos (Sliema), Alex da Paixao Alves (Tarxien) u Steve Borg (Valletta) ġew sospiżi logħba kull wieħed filwaqt li Enmy Manuel Pena Beltre (St. Andrews) ġie sospiż żewġ partiti.

Pena Beltre ta’ St Andrew’s se jitlef iż-żewġ partiti li jmiss kontra Floriana u Tarxien filwaqt li Fench, Bugeja u Farrugia se jitilfu l-konfront bejn Pembroke u Balzan.

Scicluna u Lecao mhux se jilagħbu l-konfront bejn Tarxien u Birkirkara filwaqt li Avila Perez se jitlef il-logħba kontra Ħamrun. Denni dos Santos se jitlef il-logħba kontra Hibs.