Id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina ppreżenta libell fil-Qorti kontra l-gazzetta tal-Partit Laburista Kulħadd u l-editur tagħha Aleander Balzan dwar il-gidba li vvintaw fuqu fil-ħarġa tal-Ħadd li għadda.
Il-Ħadd stess il-Perit Bezzina sostna li l-Partit Laburista qiegħed jigdeb dwaru meta qal li vvinta xi ħaġa fl-applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar. Din hija gidba mill-bidu sal-aħħar.
Toni Bezzina sostna li l-applikazzjoni tiegħu rtiraha b’lealtà lejn il-Partit u lejn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, u mhux għax kiser il-liġi bi kwalunkwe mod. Fil-fatt, is-sena li għaddiet biss ingħataw 745 permess ta’ dan it-tip.
Il-Partit Laburista jinsab dahru mal-ħajt wara li t-tmexxija tiegħu tinsab mifnija fi skandli kbar ta’ korruzzjoni. Muscat, flok jindirizza l-klikka korrotta f’Kastilja, qed jigdeb fuqu u kollegi oħra tal-Partit Nazzjonalista, bħalma gideb dwar il-Kap, il-Viċi Kapijiet, il-President tal-Eżekuttiv u kollegi Deputati. Din hija strateġija falluta biex Muscat jiprova jikkonvinċi lin-nies li ż-żewġ partiti huma l-istess. Il-verità hi li filwaqt Joseph Muscat qed jegħreq fi kriżi ta’ korruzzjoni, Simon Busuttil qed jippjana u jispjega t-triq tiegħu biex jagħti kwalità ta’ ħajja aħjar lill-poplu Malti u Għawdxi.
Il-libell ġie ffirmat mill-Avukati Joe Zammit Maempel u Veronica Perici Calascione.
//= $special ?>