Internazzjonali

Trump jenfasizza li l-ewwel l-Amerikani

Trump waqt diskors quddiem il-Kungress Amerikan

Il-President Amerikan Donald Trump għamel l-ewwel diskors tiegħu liż-żewġ kmamar tal-Kungress Amerikan. Diskors li fih qal li l-Istati Uniti għaddejja minn tiġdid tal-ispirtu Amerikan u kapitlu ġdid Amerikan li fih l-Istati Uniti se turi l-kobor tagħha.

F’diskors twil siegħa, Trump kellu wkoll kliem ta’ kundanna għall-inċidenti reċenti ta’ razziżmu fil-pajjiż.
Dwar l-immigrazzjoni, Trump qanqal il-possibbilta li jkun hemm bidla kbira fil-politika li biha l-Istati Uniti mxiet s’issa, u insista li r-riforma kienet se tkun waħda reali u pożittiva.

Id-diskors li għamel Trump kien wieħed kalm u b’xejn barra min-normal, u jinsisti li l-prijorità tiegħu hi l-Istati Uniti.

Ħafna minn dak li tkellem dwaru kien diġà magħruf, bħall-kundanna tal-immigrazzjoni illegali, biex tingħata spinta lill-prodotti Amerikani u li l-alleati militari tal-Istati Uniti jridu jġorru l-piż tagħhom. Dan b’referiment għan-NATO.

Għad-differenza tad-diskorsi tiegħu s’issa, dan kien wieħed kalm u ħieles minn rabja jew għajat.

Trump iddefenda l-ewwel azzjonijiet li ħa hekk kif laħaq, fosthom li jirtira mit-Trans-Pacific Partnership u li jibda x-xogħol fuq il-ħajt bejn l-istati Uniti u l-Messiku.