Internazzjonali

White Paper tal-Kummissjoni dwar x’jista’ jiġri wara l-Brexit

Jean-Claude Juncker waqt il-preżentazzjoni tal-White Paper.

Jean Claude Juncker, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, ħareġ sensiela ta’ ideat biex tinżamm l-għaqda fi ħdan l-Unjoni Ewropea bħala effett tal-Brexit u ż-żieda ta’ sentiment anti-UE minn diversi partiti politiċi.
Fil-pjan imħabbar mill-Kummissjoni Ewropea, kienu elenkati ħames xenarji għall-Ewropa sal-2015.
Dawn huma: li l-affarijiet ikomplu kif inhuma, li tkompli bħala suq intern biss, li tagħmel anqas imma b’mod aktar effiċjenti, li gruppi ta’ membri jitħallew javvanzaw f’ċerti oqsma jew inkella li jsir aktar ilkoll flimkien.
Jucnker qal li jrid li l-mexxejja tal-UE jiddiskutu din il-White Paper fis-summit li se jsir għas-60 anniversarju minn mindu tpoġġew il-pedamenti għall-Unjoni Ewropea biex jingħata bidu għal dibattitu ta’ disa’ xhur.
Iżda l-pjan diġà sab kritika minn pajjiżi membri mill-Ewropa tal-Lvant immexxija mill-Polonja u l-Ungerija, li huma mħassba li jitwarrbu f’ġenb hekk kif Franza u l-Ġermanja joqorbu dejjem aktar lejn xulxin.

Tags