Il-belt ta’ Durban fl-Afrika t’Isfel mhux mistennija torganizza l-Logħob tal-Commonwealth tal-2022 minħabba problemi finanzjarji tal-Gvern. Dan qalu l-Ministru tal-Isport Fikile Mbalula fejn spjega li l-Gvern ma jinsabx f’qagħda biex jorganizza l-edizzjoni li ssir kull erba’ snin.
Il-fatt li Durban mhux se tkun tista’ torganizza l-Logħob tal-Commonwealth hu sorpriża għax sa xahrejn ilu l-uffiċjali tal-Afrika t’Isfel kienu wiegħdu li se jagħmlu dan.
Durban kienet rebħet id-dritt li torganizza l-edizzjoni fl-2015 meta dakinhar kienet l-unika belt li tefgħet il-kandidatura.
Meta Durban rebħet dan id-dritt il-Gvern kien qal li l-Logħob se jiġġenera madwar 1.2 biljun lira sterlina lill-ekonomija imma dan kollu sfaxxa fix-xejn. L-edizzjoni tal-2022 kienet se tkun l-ewwel waħda fil-kontinent Afrikan.
Il-Logħob tal-Commonwealth ġie organizzat għall-ewwel darba fl-1930 u minn dakinhar ‘l hawn saret edizzjoni kull erba’ snin. F’dawn il-Logħob jieħdu sehem atleti minn pajjiżi li kienu kolonja Ingliża.
//= $special ?>