Fl-Ingilterra Manchester City rebħu faċilment bi skor ta’ 5-1 kontra Huddersfield Town fir-replay tal-ħames rawnd ta-FA Cup.
Din il-logħba ntlagħbet wara li Huddersfield kienu ġew draw 0-0 kontra City fl-ewwel konfront iżda din id-darba kollox kien faċli għat-tim ta’ Guardiola li skurja tliet darbiet fi spazju ta’ tmien minuti. Aguero skurja doppjetta filwaqt li skurjaw anke Zabaleta, Sane u Iheanacho.
Man City issa jmisshom jilagħbu fil-kwarti tal-finali kontra Middlesbrough bil-partita skedata għall-11 ta’ Marzu
Faċli għal Man City kontra Huddersfield
