Fl-aħħar sigħat netnews.com.mt irċieva filmati ta’ dak li hu “stil ġdid ta’ vandaliżmu”.
Fil-filmati jidher trolley li fih tpoġġew numru ta’ knatan u dan ġie mbuttat fi triq b’diversi karozzi pparkjati f’nofs ta’ lejl.
Jirriżulta li s-Sibt li għadda, għall-ħabta tat-3:30a.m, persuni għamlu attentat biex iwettqu serqa fl-istabbiliment Lidl ta’ Santa Venera, iżda jidher li kif il-pjan tagħhom falla, dawn krew trolley, qalgħu żewġ knatan mill-ħajt, poġġewhom fit-trolley u wara mbuttaw it-trolley tul it-triq.
Dan wassal biex it-trolley laqat erba’ karozzi u kkaġunalhom diversi ħsarat. Residenti f’din it-triq qalulna li qed jibżgħu li dan jista’ jkun stil ġdid ta’ vandaliżmu.
//= $special ?>