Hemm pressjoni fil-Ġermanja biex il-President Tork, Tayyip Erdogan, ma jitħalliex jidħol fil-pajjiż.
Dan wara li ġurnalist Ġermaniż ta’ nisel Tork tressaq il-qorti akkużat li pproduċa propoganda favur it-terroriżmu u pprova jimmina l-Gvern.
Il-ġurnalist Deniz Yucel jaħdem għal waħda mill-gazzetti ewlenin Ġermaniżi, Die Welt, u l-arrest tiegħu qajjem kundanna kbira fil-Ġermanja, kemm mill-politiċi, mill-ġurnalisti u mill-pubbliku inġenerali. Dn qed jiġri anki fl-Awstrija. Yucel hu l-korrispondent tal-ġurnal għat-Turkija.
Yucel, li għandu 43 sena, hu l-ewwel ġurnalist Ġermaniż li kien arrestat fit-Turkija bħala parti minn kampanja ta’ Erdogan biex titrażżan il-media. Hu ilu jinżamm taħt arrest mill-14 ta’ Frar.
Il-każ ta’ Yucel jikkonċerna hacking tal-email ta’ Berat Albayrak, li hu l-Ministru tal-Enerġija kif ukoll ir-raġel tat-tifla ta’ Erdogan.
Issa Sigmar Gabriel, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Tork, iddeskriva dan il-każ bħala l-akbar sfida fl-istorja moderna għar-relazzjonijiet bejn il-Ġermanja u t-Turkija. Hu żied li ebda pajjiż ma jista’ jgħid li hu demokratiku u mbagħad juża s-sistema ġuridika biex irażżan lill-ġurnalisti.
Iridu li Erdogan ikun projbit milli jidħol fil-Ġermanja
