Kultura Lokali

Jinġabru l-firem għal monument f’ġieħ il-Pampalun

Pawlu Curmi, l-ikona tal-karnival Malti, magħruf bħala 'Il-Pampalun'

Qed jinġabru l-firem biex jinbena monument għall-ikona tal-karnival Pawlu Curmi, magħruf ma’ kulħadd bħala l-Pampalun.

Il-firem qed jinġabru f’petizzjoni online, fejn jingħad li l-monument għandu jsir bħala turija ta’ ringrazzjament għall-ġid li għamel mal-Beltin.

Il-petizzjoni tgħid li dan il-personaġġ għaqqad ħafna żgħażagħ permezz tas-sehem tiegħu fil-Karnival.

Qabel il-karnival kienet ippubblikata intervista ma’ Pawlu Curmi li fiha, l-ikona tal-karnival Malti qal li jixtieq li jmut waqt il-karnival.

Fl-2015, il-Pampalun kellu jitlef il-karnival minħabba saħħtu, madanakollu l-Pampalun xorta seta’ jgawdi l-ispettaklu wara li l-kumpanija tiegħu marret isellimlu quddiem id-dar fejn jgħix fil-Belt Valletta.

Filmat: Il-Karnival imur għand il-Pampalun