Lokali

L-MFSA toħroġ twissija dwar prodotti riskjużi

L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ħarġet stqarrija ta’ twissija dwar prodotti spekulattivi u riskjużi msejħa Contracts for Difference; Binary Options; Forex.

Fi stqarrija l-Awtorità avżat lill-investitaturi biex joqogħdu attenti u kawti meta jfittxu investiment f’dawn il-prodotti spekulattivi.

Hija appellat biex il-konsumatur ifittex parir ta’ investiment professjonali u jiżgura li fehem sew ir-riskji involuti qabel ma jinvesti f’dawn l-istrumenti kumplessi.