Futbol Sport

Lazio jegħlbu lir-rivali Roma

Milinkovic-Savic (bin-numru 21) ta’ Lazio jiftaħ l-iskor kontra Roma fis-semifinali tal-Coppa Italia

Lazio kisbu rebħa minima ta’ 2-0 kontra r-rivali Roma fl-ewwel leg tas-semifinali tal-Coppa Italia. Grazzi għal din ir-rebħa t-tim ta’ Inzaghi issa jinsab kemmxejn favorit li jkun hu li jgħaddi għall-finali u jilgħab kontra r-rebbieħ bejn il-holders Juventus jew Napoli. Minkejja li ż-żewġ timijiet kienu qed jilgħabu fl-Olimpico, fit-tieni leg issa jkunu qed jilagħbu f’”darhom” u b’hekk iridu jkunu ferm attenti li ma jsofrux gowl ta’ Lazio li jkun jiswa’ doppjju.
Fid-29 minuta Lazio fetħu l-iskor b’gowl ta’ MILINKOVICSAVIC li skurja mill-viċin wara li rċieva mingħand Anderson. 12-il minuta mit-tmiem Lazio rduppjaw meta Keita għadda lejn IMMOBILE li skurja b’tap-in.