Il-Parlament Ewropew neħħa l-immunita Parlamentari ta’ Marine Le Pen, il-kap tal-partit estremista Franċiż tal-Front Nazzjonali, u favorita fl-elezzjoni Presidenzjali li se ssir fi ftit ġimgħat oħra.
Il-każ jikkonċerna ritratti ta’ ħruxijiet tal-ISIS li kienet xerdet fuq l-Internet.
Le Pen qed tkun investigata fi Franza dwar dan il-każ imma s’issa ma setgħux jipproċedu minħabba l-immunita mill-Parlament Ewropew.