Skont riċerka li saret mill-kumpanija tal-awditjar KPMG jirriżulta li r-Repubblika Irlandiża, Ċipru, Malta u l-Lussemburgu mistennija li jkunu l-ikbar telliefa u jintlaqtu ħażin jekk ir-relazzjonijiet bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea jeħżienu wara Brexit.
Dan joħroġ minn rapport fis-sit CNBC.com li jikkwota lil Yael Selfin, iċ-chief economist ta’ KPMG.
Hu jgħid li dawn il-pajjiżi b’ekonomiji żgħar li magħhom ir-Renju Unit għandu surplus kummerċjali qawwi, se jkollhom l-ikbar interess li jassiguraw ftehim favorevoli meta fl-aħħar ta’ dan ix-xahar se jibdew in-negozjati ta’ Brexit.
Ir-rapport ifakkar li skont iċ-Ċentru ta’ Riċerka għall-Policy Ekonomika, l-Irlanda, Ċipru u Malta huma importaturi ewlenin ta’ prodotti mir-Renju Unit imma kważi huma insinifikanti f’dik li hi importazzjoni tar-Renju Unit.
Sadattant, ir-Renju Unit hu wieħed mill-ikbar swieq ta’ esportazzjoni kemm għall-Irlanda kif ukoll għall-Lussemburgu tant li tammonta għal 14.1% u 10.1% tal-Prodott Gross Domestiku (GDP) rispettivament.
Ekonomiji ikbar bħalma huma l-Ġermanja u Franza għandhom ferm inqas x’jitilfu mill-possibbiltà tal-implimentazzjoni ta’ tariffi kummerċjali fuq ir-Renju Unit.
//= $special ?>