Lokali

Minn forn antik għal binja residenzjali u uffiċini

Blackley Bakery, Kington House u Workers’ Dwelling fil-Pietà

Forn antik u żewġ binjiet antiki ġara tiegħu, fil-Pietà se jkunu rrestawtrati u riabilitati u se jinbidlu f’uffiċini u binjiet residenzjali. Fi stqarrija l-Awtorità tal-Ippjanar qalet li l-Bord approva l-applikazzjonijiet għall-proġett u Blackley Bakery, Kington House u Workers’ Dwelling, li huma binjiet protetti.

Il-bini tal-forn Blackley li nbena fl-1906 bħala forn. Ma’ dan il-bini kien hemm maħżen u stalel taż-żwiemel li kienu jqassmu l-ħobż. Blackley Bakery kienet fetħet il-bibien tagħha fl-1907 fejn kienet mgħammra b’makkinarju mill-aktar avvanzat għal dak iż-żmien. Minbarra forn il-binja għandha żewġ sulari oħra li fihom kienu joqgħodu s-sid u kif ukoll l-impjegati.

Fl-istqarrija ġie spjegat li l-binjiet Kington House u Workers’ Dwelling se jinbidlu f’appartamenti.

Il-proġett jinkludi wkoll li dawn il-binjiet ikollhom parkeġġ miftuħ taħt l-art. Għalkemm qabel ma dan l-iżvilupp, għad trid tittieħed deċiżjoni dwar l-għoli, id-disinn u d-dehra, il-provediment tal-parkeġġ u affarijiet oħra li għad iridu jiġu diskussi. Hija approvat ukoll biex tinbena parti mill-ġnien li tmiss mal-bini.

Intant l-Awtorità tal-Ippjanar approvat ukoll biex il-bini ‘The Cloisters’, f’San Giljan, jiġi rijabilitat u mibdul f’Boutique Hotel.

 

‘The Cloisters’, f’San Giljan