Il-Ministru Awstraljan għall-Immigrazzjoni, Peter Dutton, qal li pajjiżu, fil-parti kbira, se żżomm lura milli joħroġ il-visas għall-ħaddiema barranin biex jieħdu postijiet tax-xogħol fl-industrija tal-fast food. Dutton qal li d-deċiżjoni kienet intiża biex tħares ix-xogħol tal-Awstraljani.
Mill-2012 ’il hawn, aktar minn 500 ħaddiembarranin ingħataw visa biex jaħdmu mal-intrapriżi tal-fast food li jinkludu McDonald’s, KFC u Hungry Jack’s.
Il-Ministru Dutton, waqt li spjega l-bidla fil-politika, enfasizza li ‘il-ħaddiema Awstraljani, b’mod partikulari l-Awstraljani żgħażagħ, jeħtieġu jingħataw priorità’.
Fl-istess ħin, Dutton qal li l-visas ‘xorta se jkomplu joħorġu taħt ċirkustanzi eċċezzjonali’.
Se trażżan il-visas għal ħaddiema fl-industrija tal-‘fast food’
