Kultura Lokali

16-il Għaqda tan-Nar fil-Festival Nazzjonali tan-Nar tal-Art Mekkanizzat fil-Floriana

Il-Kunsill Lokali Floriana għadu kemm ħabbar fuq is-sit tiegħu li bi pjaċir mill-ġdid se jorganizza l-ħdax–il edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Logħob tan-Nar tal-Art Mekkanizzat fi Pjazza San Publju (il-Fosos) fil-Floriana, nhar is-Sibt 29 ta’ April, 2017.

Il-Festival ta’ din is-sena se jerġa jkun wieħed kompetittiv. Infatti 16 –il Kumpless/Għaqda tan-Nar se jkunu qed jikkompetu għat-titlu. Il-Festival ta’ din is-sena se jerġa jkun wieħed kompettitiv, fejn kull Għaqda tan-Nar se tesebixxi l-aħjar żewġ biċċiet tan-Nar tagħhom mill-ġdid fl-akbar pjazza li għandna f’Malta – fuq il-Fosos tal-Floriana u f’ambjent tipiku ta’ festa Maltija, il-festa titulari tal-Floriana ad unur San Publju, patrun tal-lokal u ta’ Malta.

Il-partecipanti tal-Festival skont l-ordni li ħa jesebixxu, huma dawn;

  • Il-Kumpless tan-Nar 15 ta’ Awwissu – Mosta
  • Għaqda tan-Nar Socċjeta Mużikali Maria Bambina, Banda Vittorja, Naxxar
  • Għaqda tan-Nar San Ġużepp, Kalkara
  • Għaqda tan-Nar Maria Bambina, Naxxar
  • Il-Kumpless tan-Nar San Leonardu, Ħal Kirkop
  • Il-Kumpless tan-Nar Santa Katarina, Żurrieq
  • Għaqda tan-Nar Sagra Familja, Kalkara
  • Għaqda tan-Nar Madonna tad-Duttrina, Ħal Tarxien
  • Kummissjoni Piroteknika Santa Katarina, Għaqda Banda Żejtun, Żejtun
  • Il-Kumpless tan-Nar Mount Carmel, Żurrieq
  • Il-Kumpless tan-Nar Madonna tal-Ġilju, Mqabba
  • Il-Kumpless tan-Nar San Mikiel, Ħal Lija
  • Il-Kumpless tan-Nar San Ġuzepp, Ħaż-Żebbuġ
  • Għaqda tan-Nar San Gabriel, Ħal Tarxien
  • Kummissjoni Nar San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa
  • Għaqda tan-Nar 22 ta’ Frar, Birżebbuġa

Il-Festival Nazzjonali tan-Nar tal-Art Mekkanizzat 2017 qed jerġa jkun ikkordinat għall-ħdax-il sena konsekuttiva minn Leon Promotions.

Il-Kunsill qal li aktar dettalji dwar din l-attività se joħorġu ‘l quddiem.