Lokali Parlament

Aktar minn 400 tifel u tifla ma jgħixux mal-familji bijoloġiċi tagħhom

217-il tifel u tifla huma fostered filwaqt li 206 tifel u tifla jgħixu f'dar residenzjali.

Total ta’ 217-il tifel u tifla li jgħixu Malta ma jgħixux mal-familji bijoloġiċi tagħhom iżda huma fostered minn familji oħra. Apparti minn hekk, 206 tifel u tifla oħra jgħixu f’dar residenzjali tat-tfal.

Dan ħareġ mit-tweġiba tal-Ministru għall-Familja Michael Farrugia għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Laburista Charles Mangion.