Futbol Sport

Andy Zammit tirbaħ il-BOV Plejer tax-Xahar għal Diċembru u Jannar

Norman Bonello mill-BOV jippreżenta t-trofej lil Andy Zammit

Andy Zammit ta’ Raiders (Luxol) hi l-BOV Plejer tax-Xahar tan-nisa għal Diċembru 2016 u Jannar 2017. Id-difensur ta’ 18-il sena, li għandha post regolari mal-ewwel ħdax, hija versatili ħafna kemm fid-difiża kif ukoll f’nofs il-grawnd, b’hekk toffri diversi ġħażliet lill-kowċ tagħha.

Zammit skorjat l-uniku gowl ta’ Raiders (Luxol) matul dan il-perjodu minn free-kick fit-telfa ta’ 2-1 kontra t-tim ta’ Għawdex. Il-prestazzjonijiet ta’ Zammit laqtu l-għajnejn tal-media minkejja li Raiders ma kisbu l ebda punti fil-logħbiet tagħhom bejn Diċembru u Jannar.

Norman Bonello, Manager tal-fergħa tal-Ibraġ tal-Bank of Valletta ppreżenta il-trofej tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Diċembru u Jannar lil Andy Zammit.