Lokali

Attentat ta’ hold-up fil-Fgura

Mill-arkivji
Il-ħalliel jispiċċa jitlaq b’idu f’idu

Mara li taħdem f’ħanut tal-animali spiċċat vittma ta’ hold-up li ma kienx suċċess fi Vjal il-Kottoner il-Fgura. Jidher li għall-ħabta tas-19.00 ħalliel mgħammad daħal fil-ħanut u talabha l-flus.

Iżda madanakollu r-raġel spiċċa biex telaq b’idu f’idu hekk kif il-kaxxiera rrifjutat li tobdi lill-ħalliel u ttih l-flus.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejin.