Lokali

Bowser jaqa’ fl-għelieqi f’Ħal Farruġ

Bowser jaqa' fl-għelieqi ta' Ħal Farruġ
Ilbieraħ filgħaxija seħħ inċident tat-traffiku fit-triq ta' Ħal Farruġ

Ilbieraħ filgħaxija seħħ inċident tat-traffiku, fejn bowser tal-ilma waqa’ fl-għelieqi f’Ħal Farruġ.

B’kawża ta’ dan l-inċident, il-bowser kisser iċ-ċinta ta’ matul it-triq ta’ Ħal Farruġ hekk kif għeleb fl-għalqa.

Mill-informazzjoni li kiseb Net News jidher li fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. Fuq il-post marru uffiċjali li mexxew it-traffiku minħabba dan l-inċident.